Appostolat Ħniena Divina

Leader – Ms. Antonia Abela
Helper – Ms. Katie Sant
Helper – Ms. Tessie Vella
Tel – 21575630

Informazzjoni

Norganizzaw siegħa Adorazzjoni kull l-ewwel Ħamis tax-xahar fil-Knisja bejn l-10:30am u l-11:30am, u nofs siegħa adorazzjoni fil-għaxija wara l-quddiesa. Norganizzaw il-festa tal-Ħniena Divina fit-tieni Ħadd tal-għid u ta’ Santa Faustina fil-5 t’Ottubru – disgħat ijiem qabel kull fest nibdew n-Novena fil-Knisja wara l-quddiesa tal-ħin.

L-għanijiet ta’ dan l-appostolat huma:

  • Inxandru u ngħixu l-messaġġ u d-devolzzjoni tal-Ħniena Divina kif ġew rivelati lil Santa Fawstina Kawalska
  • Nitolbu li l-Ħniena t’Alla tinżel fuq id-dinja kollha u noffru t-talb u s-sagrifiċċji tagġna għas-saċerdoti, ir-reliġjużi, għall-vokazzjonijiet, għall-konverżjoni tal-umanita’ u għall-erwieħ tal-purgatorju.
  • Nimxu fuq l-istess eżempju ta’ Santa Fawstina Kowalska fl-imħabba li kellha lejn Alla u l-proxxmu fis-sempliċita’ ta’ ħajjitha u l-fiduċja sħiħa li kellha f’Alla.