Socjeta Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema

President – Mr. Giovanni Gatt
Viċi President – Mr. Colin Falzon
Segretarju – Mr. Joseph Caruana
Tel – 79674678
Indirizz Elettroniku – [email protected]

Informazzjoni

Is-Soċjetà Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema twaqqfet fit-13 t’Ottubru 2011. Is-Soċjetà hija għaqda volontarja u awtonoma ukoll kulturali u soċjali. Din l-għaqda hi reġistrata bħalha NGO u affiljata fl-Għaqda Każini tal-Banda.

L-għan tas-soċjeta’ u l-funzjonijiet huma:

  • L-ewwel u qabel kollox il-banda.
  • Tixrid tal-kultura permezz tal-mużika
  • Rikreazzjoni għall-membri
  • Servizzi mużikali
  • Il-parteċipazzjoni f’kull festa soċjali u reliġjuza li ssir fl-Imġarr, primarjament fil-Festa Titulari
  • Fejn vijabbli, tagħti għajnuna filantropika

Il-lezzjonijiet tal-mużika isiru fuq bażi individwali u bla ħlas. Is-Surmast Direttur Mro. Tancred Grech F.L.C.M, B.A. (Hons) music, L.L.C.M, P.G.C.Ejieħu ħsieb is-Sezzjoni tar-Ramm u l-perkusjoni filwaqt li Mro.Charlie Pace jieħu ħsieb t-tagħlim tas-Sezzjoni tal-Qasba. L-Assistant Surmast Mro Christopher Tanti B.A.(Hons) Music hu responsabbli mit-tagħlim tat-tejorija tal-mużika.

Mro.Andrea Cassar  F.L.C.M, L.L.C.M jmexxi s-sezzjonijietta’ Music Buzz, dawn huma sezzjonijiet ta’ mużika primarja maħsuna biex tfal mitnn eta ta’ 3 snin jibdew jammiraw l-arti tal-mużika.

Il-lezzjonijiet qed  isiru kull nhar ta’ Tnejn mill-4pm il-quddiem fi ħdan il-Kunsill Lokali.

Min hu interessat jibda jitgħallem il-mużika fi ħdan l-iskola tal-mużika tagħna hu mitlub jikkuntatja lil xi membru tal-Kumitat jew jibgħat email fuq [email protected]