Whereabouts

Verżjoni bil-Malti (Maltese version)

L-Imġarr għalkemm huwa raħal żgħir, hu mimli b’postijiet pittoreski fejn wieħed jista’ jsib karatteristici ta’ epoki differenti. Ta’ min jgħid li probabbilment dan ir-raħal fil-punent huwa wieħed mill-eqdem irħula fil-Gżejjer Maltin.

Mill-miġja tal-Isqallin sal-lum, dan ir-raħal għex l-isbaħ u l-ikreħ episodji li kellha tgħaddi minnhom din il-gżira. Tista’ tgħid li kull ħakkiem li kellna ħalla xi impatt fuq l-Imġarr, fejn fosthom insibu: tempji megalitiċi, oqbra puniċi, barrieri antiki, fdalijiet Rumani fosthom il-Banjijiet li jinsabu fil-Ġnien ta’ Għajn Tuffieha u ż-żewġ torrijiet ta’ żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann.

Dan ir-raħal għani fl-istorja, huwa wieħed mill-isbaħ irħula f’Malta, imdawwar minn art għammiela u minn tlett portijiet magħrufin bħala Fomm ir-Riħ, il-Ġnejna u Għajn Tuffieħa (Riviera).


 

English version (Verżjoni bl-Ingliż)

Although Imġarr is a small village, it is filled with picturesque locations where one can identify characteristics from every period of time. This western village is probably one of the oldest villages in the Maltese Islands.

Since the coming of the Sicilians, this village has lived the most beautiful and traumatic episodes that Malta had to go through. Every ruler has left a footprint in Imġarr. Namely we find: megalithic temples, punic tombs, ancient quarries, Roman remains including the Baths situated in Ġnien Għajn Tuffieħa and two towers left by the Knights of St John.

This village is considered as one of the most beautiful villages of Malta. Surrounded by fertile land and three harbours known as Fomm ir-Riħ, Ġnejna and Għajn Tuffieħa (Riviera).