Beaches

Verżjoni bil-Malti (Maltese version)

L-Imġarr hu mdawwar b’xaqliba minnhom bil-baħar kaħlani u l-kosta tagħha hi waħda mill-isbaħ, meta tħares lejn il-peninsula u d-daħliet li fiha.

F’Malta hawn għaxar peninsuli, u sewwasew l-aħħar waħda hi dik iż-żgħira mdawra b’daħlet Għajn Tuffieħa u Port Bakkari li x’uħud isejħulha tal-Qarraba. Din hija twila madwar 559 jarda, u wiesa’ madwar 100 jarda. Il-ponta li tispiċċa biha din il-peninsula jgħidulha Ras Qarraba. Wara l-peninsula tiġi daħlet il-baħar jew qala kif isejħulha bosta. L-ewwel ma nsibu hi Għajn Tuffieħa li tagħti lejn il-punent – tibda minn Ras Majesa għall-ponta tal-Qarraba- b’fetħa ta’ ftit anqas minn mil fuq daħla ta nofs ieħor ġo l-art minn għaxart iqjiem ‘l isfel.

Insibu wkoll il-qala tal-Ġnejna għalkemm x’uħud isejħulha Port Bakkari jew ir-Ramla. Din tħares lejn il-Punent Majjistru – tibda’ bil-wisa’ ta’ 450 jarda, fuq daħla ta’ 400, bir-ramla l-oħra msejħa ta’ Bugħarwien li tagħti fond minn sebat iqjiem ‘l isfel.

Fomm ir-riħ hi daħla jew ramla quddiem il-majjistral. Din tiftaħ b’1,100 jarda fuq tul ta’ 900 oħra – b’fond li jagħti 15- il qasma bejn il-pont, 10 fin-nofs u 3 fix-xatt sakemm tispiċċa fix-xejn.


 

English version (Verżjoni bl-Ingliż)

Imġarr is partially surrounded with deep blue sea and with one of the most breath taking coastal views.

In Malta there are ten peninsulas with the last one being that of Għajn Tuffieħa and ‘Port Bakkari’. This creek is about 560 yards long and less than 100 yards wide. The tip of this peninsula is known as Ras Qarraba. On one side of this peninsula one finds Għajn Tuffieħa Bay facing west. It starts at Ras Majesa and goes to Ras Qarraba.

Another creek is that of Ġnejna eventhough some refer to it as Port Bakkari or Ir-Ramla. This faces west starting with a width of 450 yards on an inlet of 400 yards, with another small beach called ‘Ta’ Bugħarwien’.

Fomm ir-Riħ is another creek/beach facing north west. It is 1100 yards long with 900 yards width.