Azzjoni Kattolika Nisa

President – Ms. Jane Deguara
Viċi – Ms. Maria Camilleri
Segretarju – Ms. Anna Ebejer
Tel – 21581901
Indirizz Elettroniku – [email protected]

Informazzjoni

Il-Fergħa tan-Nisa Azzjoni Kattolika tal-Imġarr hija magħmula minn grupp ta’ nisa li jiltaqgħu kull nhar t’Erbgħa mid-9.00am sal-10.00am fl-Oratorju, Qalb bla Tebgħa ta’ Marija, Triq San Pawl, l-Imġarr. Flimkien niddiskutu suġġetti attwali li jkollna gwida għalihom fuq il-Fuljett tal-Azzjoni Kattolika – Il-Ħuġġieġa li huwa rivista gwida li toħroġ mill-Kunsill Ċentrali tal-Azzjoni Kattolika. F’kull laqgħa jkollna qari mill-Bibbja li jkun indikat sjont is-suġġett għad-diskussjoni.

Matul is-sena norganizzaw attivitajiet diversi, kemm spiritwali kif ukoll soċjali li jkunu bil-quddiesa. Popolari ħafna huwa l-Pellegrinaġġ għas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu f’Għawdex li jsir f’Settembru ta’ kull sena.

Bħala padruna taċ-Ċirkola għandna lil Santa Rita u l-Assistent Ekklestastiku tagħna huwa Fr. Antoine Borg – Kappillan tal-Parroċċa. Il-grupp jagħmel ħafna xogħol ieħor fuq bażi volontarja fil-Parroċċa bħal tagħlim tad-duttrina, tindif tal-Knisja, żjarat lil morda fid-djar, induru bil-Madonna Pellegrina f’kull dar.