Siti Oħra

Fl-Imġarr insibu ammont sostanzjali ta’ siti oħra żgħar. Uħud minn dawn imorru lura għall-Preistorja, oħrajn huma iktar riċenti filwaqt li oħrajn għandhom eta’ li għada mhux daqsekk ċara:

Ta’ Lippija – fdalijiet ta’ bini preistoriku
Il-Qarraba – fdalijiet ta’ Żmien il-Bronż
Ras il-Gebel – fdalijiet ta’ Żmien il-Bronż
Il-Palma – dolmen
Binġemma – barriera
Ta’ Darrenzi – barriera
Dar il-Ħamra – oqbra Feniċi, Puniċi jew Rumani
Ta’ Ġnien id-Dwieli – qabar Feniċu, Puniku jew Ruman
Ta’ l’Abatia – qabar Feniċu, Puniku jew Ruman
In-Nuħħalia – oqbra Feniċi, Puniċi jew Rumani
San Martin – għerien trogloditiċi

Jeremy Azzopardi